Żjara tal-Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Awstralja, L-E.T. Charles Muscat għamel żjara f’Melbourne bejn il-11 u l-15 ta’ Marzu 2019

18/03/2019

Il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Awstralja, għamel żjara fl-istat ta’ Victoria fejn kellu opportunita’ jiltaqa’ ma’ bosta membri tal-Kommunita’ Maltija, flimkien mal-Konslu Ġenerali s-Sur Mario Farrugia Borg.

Waqt din iż-żjara, l-E.T. is-Sur Muscat u l-Konslu Ġenerali taw intervista mis-Sur Joe Axiaq, il-koordinatur tas-sezzjoni tal-Malti fl-SBS.

Il-Kummissarju u l-Konslu Ġenerali żaru ukoll iċ-ċentru tal-Kunsill tal-Kommunita’ Maltija f’Victoria, fejn kellhom l-opportunita’ li jintaqgħu mal-President tal-Kunsill, is-Sinjura Marlene Ebejer, u t-tim eżekuttiv.

Flimkien mal-Konslu Ġenerali f’Melbourne, l-Kummissarju Għoli għamel mezz biex iżuru ukoll l-Kommunita’ Maltija f’ Morwell – La Trobe Valley, fl-Lvant tal-istat ta’ Victoria, daqs 320 kilometru l-bogħod minn Melbourne. Il-Kummissarju ħass il-bżonn li jiltaqa’ u jisma’ lil-membri tal-kommunita’ reġjonali, f’laqgħa organizzata mill-Konslu Onorarju tad-distrett, s-Sur Mario Sammut. L-Kummissarju u l-Konslu Ġenerali urew l-apprezzament tagħhom għall-inizjattivi li qed jittieħdu mill-kommunita’ f’Morwell sabiex ilestu mużew fuq id-drawwiet u l-folklor tal-kultura Maltija, li tant jgħożżu.

L-E.T. is-Sur Muscat ħa l-opportunita’ ta’ din iż-żjara biex jiltaqa’ mal-Ministru statali, l-Onor. Richard Wynne MP. Matul din il-laqgħa, l-E.T. qajjem punti li jolqtu l-interessi tal-kommunita’ Maltija f’Victoria.

L-E.T. is-Sur Muscat kellu laqgħa fiċ-ċentru tal-Maltin f’Albion. Il-President tal-għaqda, s-Sur P.P. Portelli, u l-kumitat tiegħu laqgħu lill-Kummissarju Għoli u lill-Konslu Ġenerali b’mod eċċellenti minn grupp t’għannejja u mis-St Albans Melita Band, liema banda filarmonika kienet mgħonija bil-parteċipazzjoni ta’ numru sabiħ ta’ żgħażagħ. Il-Grupp tal-Bizzilla kienu ukoll preżenti għal din l-okkażjoni fejn tellgħu wirja tax-xogħol tagħhom.

Wara żjara kemmxejn impenjattiva, il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Awstralja jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li taw semhom għas-suċċess ta’ dawn l-attivitajiet, b’mod speċjali lill- Konslu Ġenerali s-Sur Mario Farrugia Borg, l-familja tiegħu, kif ukoll lil presidenti u l-kumitati tal-għaqdiet Maltin f’Victoria.​

Privacy Overview
Missions Malta

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.

Strictly Necessary Cookies

Strictly Necessary Cookie should be enabled at all times so that we can save your preferences for cookie settings.

3rd Party Cookies

This website uses Google Analytics to collect anonymous information such as the number of visitors to the site, and the most popular pages.

Keeping this cookie enabled helps us to improve our website.